Installazzzjonijiet fid-daħla tal-Belt għall-Valletta 2018

Heritage Malta qed tilqa' sejħiet għal espressjonijiet artistiċi mal-kolonni ta' quddiem il-Parlament

Id-disa’ kolonni fid-daħla ta’ Bieb il-Belt se jingħataw dehra artistika wara li nħarġet sejħa għall-proposti għal espressjonijiet artistiċi li jridu jiġu nstallati magħhom.

Dan il-proġett qed isir b’kooperazzjoni bejn Heritage Malta u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. L-għan ta’ din is-sejħa huwa li l-proposti jkunu magħżula matul l-2017 u jkunu jistgħu jintużaw meta l-belt kapitali Maltija tkun ukoll il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.

Il-kunċett ta’ dan il-proġett jista’ jiġi estiż ukoll mal-kolonni tal-faċċata fi Triq l-Ordinanza. Il-proposti jridu jkunu speċifiċi għas-sit u jrid jinħoloq ambjent ħolistiku. Il-proġett irid jinkoraġġixxi wkoll interess dirett jew parteċipazzjoni minn dawk li jżuru l-Belt Valletta.

Il-proposti se jibqgħu jintlaqgħu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta 31ta’ Jannar 2017. Ir-riżultati jitħabbru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2017.

More in Socjali