GO tibda s-Sena l-Ġdida b’għotjiet li jlaħħqu l-eluf

L-aħħar ġimgħa tal-2016 kien perjodu ieħor impenjattiv għal GO u l-impjegati tagħha fejn, fi spazju ta’ ftit żmien, ikkontribwew iktar minn €30,000 f’għotjiet b’risq għadd ta’ kawżi ġusti għall-benefiċċju tal-komunità.

Il-Kap Kummerċjali ta’ GO, Kurt Camilleri jippreżenta l-għotja ta’ GO lill-Istrina
Il-Kap Kummerċjali ta’ GO, Kurt Camilleri jippreżenta l-għotja ta’ GO lill-Istrina

Matul il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi tad-Dar tal-Providenza, li saret fl-1 ta’ Jannar, l-impjegati ta’ GO taw għotja ta’ €5,000 mill-GO Cares Employee Fund, biex tgħin lil din l-istituzzjoni tkompli tipprovdi l-appoġġ tant meħtieġ lill-persuni b’diżabbiltà u lill-familji tagħhom. Dan ftit jiem biss ‘il bogħod mill-appoġġ sostanzjali li GO pprovdiet lill-Istrina. Fosthom €25,000 fi flus, li €5,000 minnhom ingħataw mill-GO Cares Employee Fund. Dan minbarra l-għotja ta’ servizz mingħajr ħlas tat-tagħmir tekniku u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni neċessarja għas-suċċess ta’ din l-attività. 

Josephine Grima, Senior Manager – HR Operations ma’ GO, qalet, “Ta’ kuljum nippruvaw nagħmlu l-komunità post aħjar u nimpenjaw ruħna biex ngħinu lill-oħrajn. Il-GO Cares Employee Fund hu eżempju ċar ta’ dan. Il-fond joffri lill-impjegati tagħna sens ta’ benevolenza li tgħinhom biex iħossu li qed jikkontribwixxu valur lis-soċjetà. Kull esperjenza ta’ volontarjat tgħinna nkunu iktar grati ta’ dak li għandna.”

Il-Kap Kummerċjali ta’ GO, Kurt Camilleri jippreżenta l-għotja ta’ GO lill-Istrina
Il-Kap Kummerċjali ta’ GO, Kurt Camilleri jippreżenta l-għotja ta’ GO lill-Istrina

Il-GO Cares Employee Fund jappoġġja għadd ta’ organizzazzjonijiet u kawżi ġusti fuq bażi regolari. L-impjegati jikkontribwixxu lill-fond b’mod volonatrju billi kull xahar jagħtu għotja żgħira mis-salarju tagħhom. Barra minn hekk, jorganizzaw ukoll għadd ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi matul is-sena. Il-fond joffri mhux biss appoġġ finanzjarju, imma jorganizza wkoll għadd ta’ żjarat f’postijiet differenti biex l-impjegati jkunu jistgħu jagħtu daqqa t’id.

More in Socjali