Kif mistenni, il-jiem li ġejjin se jkun qed iġib temperaturi baxxi flimkien ma' possibbiltà ta' silġ. Dawn it-temperaturi se jkunu qed jaffetwaw lil kulħadd, iżda l-anzjani u l-morda, b'mod partikolari huma iktar suxxettibbli li jbatu f'dawn iż-żminijiet.
Għaldaqstant, il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ twissija sabiex dawk il-persuni li għandhom iktar minn 65 sena, għandhom xi marda jew inkella li ma jistgħux jimxu sabiex dawn ikollhom ikel u xorb sħun biżżejjed u jekk jista' jkun, iżommu t-temperaturi ta' ġewwa, mhux inqas minn 18-il grad.
Jekk il-purtieri jingħalqu ma' nżul ix-xemx, għandu jgħin sabiex tinżamm is-sħana ġewwa, waqt li huwa inkoraġġut li jekk il-mobbiltà mhix problema, il-persuni għandhom jibqgħu attivi.
Il-Ministeru tas-Saħħa jfakkar li l-vaċċin tal-influwenza għadu jista' jittieħed b'xejn mir-residenti Maltin.