L-Arċisqof Charles J Scicluna għamel appell għall-għajnuna hekk kif mistenni li fil-ġranet li ġejjin Malta tesperjenza temperaturi kesħin, li jistgħu saħansitra jkunu aktar kiesħa minn normal. L-Arċisqof appella lill-poplu u anke lill-membri tal-midja biex jgħinu billi jċemplu f'każ li jsiru jafu b'nies li m'għandhomx post kenni fejn iqattgħu dawn il-ġranet kesħin.
Dawk kollha li jafu lil xi ħadd li huwa nieqes mill-kenn f'dawn il-ġranet huwa mistieden iċempel lid-Dar Papa Franġisku fuq in-numru 27888211 f'każ tal-irġiel u 21445431 lid-Dar Maria Dolores fil-każ tan-nisa.