Il-Papa Franġisku f'appell imqanqal għall-protezzjoni tat-tfal immigranti

'...tfal immigranti faċilment jispiċċaw fl-agħar livelli tad-degradazzjoni umana, fejn l-illegalità u l-vjolenza jeqirdu l-ġejjieni ta’ wisq innoċenti...'

Il-Papa Franġisku ifakkar fid-dover tagħna li nipproteġu lill-innoċenti mill-abbuż...speċjalment tfal immigranti waħedhom u bla vuċi
Il-Papa Franġisku ifakkar fid-dover tagħna li nipproteġu lill-innoċenti mill-abbuż...speċjalment tfal immigranti waħedhom u bla vuċi

“It-tfal huma l-iktar grupp vulnerabbli, għaliex waqt li jkunu jħabbtu wiċċhom mal-ħajja li jkun hemm quddiemhom, it-tfal huma inviżibbli u mingħajr leħen: il-qagħda prekarja tagħhom iċċaħħadhom mid-dokumentazzjoni u taħbihom minn għajnejn id-dinja.' Dan huwa il-messaġġ tal-Papa Franġisku hekk kif nhar il-Ħadd li pej ikun iċelebrat il-Jum Dinji tal-Migranti u Refuġajti.

Il-Papa fakkar f'dawk it-tfal immigranti li spiss jaslu fil-pajjiżi tad-destinazzjoni tagħhom mhux akkompanjati, 'inkapaċi li jsemmgħu leħinhom, u f’ċirkostanzi fejn faċilment jistgħu jsiru vittmi ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem'

huma tfal, huma barranin, u m’għandhom ebda mezz kif jipproteġu ruħhom Papa Franġisku

 Waqt li jiddeskrivi l-minuri bħala l-iktar vulnerabbli, il-Papa jgħid li dawn iż-żgħar huma bla difiża bi tliet modi: “huma tfal, huma barranin, u m’għandhom ebda mezz kif jipproteġu ruħhom.”

Il-Papa Franġisku jkompli jisħaq illi 'l-assenza ta’ adulti biex jakkompanjawhom iżżommhom milli jwasslu leħinhom u li jinstemgħu. B’dan il-mod, it-tfal migranti faċilment jispiċċaw fl-agħar livelli tad-degradazzjoni umana, fejn l-illegalità u l-vjolenza jeqirdu l-ġejjieni ta’ wisq innoċenti, filwaqt li x-xibka tal-abbuż tat-tfal diffiċli tinqered,'

Quddiemnett, jgħid il-Papa Franġisku, hemm bżonn tittieħed kull miżura possibbli biex jiġu garantiti l-protezzjoni u s-sigurtà tat-tfal migranti, għaliex “dawn is-subien u bniet spiss jispiċċaw fit-triq abbandunati waħidhom u vittmi ta’ sfruttaturi mingħajr skrupli li, mhux darba u tnejn, jittrasformawhom f’oġġett ta’ vjolenza fiżika, morali u sesswali.”  

 

 

 

 

More in Socjali