200 gramma kokiana f'kapsoli misjubin f'karozza f'San Pawl il-Baħar

Żewġt'irġiel wieħed ta' 48 sena u ieħor ta' 39 sena arrestati wara sejba tad-droga

Jiem t’osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga, tard il-bieraħ wara nofsinhar wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel Maltin, wieħed ta’ 48 sena, residenti San Pawl il-Baħar u raġel ieħor ta’ 39 sena residenti s-Swieqi.

Wara tfittxija ġewwa vettura li kienu fiha ż-żewġt irġiel f’Buġibba, nstabu u ġew elevati madwar 200 gramma, allegatament kokaina, ippakjata f’kapsoli. Minn tfittxijiet ulterjuri ġewwa r-residenza tar-raġel ta’ 48 sena, ġiet elevata arma tan-nar bil-munizzjon.

Iż-Żewġ irġiel qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-investigazzjonijiet li għadhom għadejjin.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farrugia Frendo LL.D fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

 

 

More in Socjali