Il-Malta Public Transport tħabbar li se tkun qed topera servizz speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilità l-ivjaġġar u l-aċċessibilità ta’dawk li se jattendu l-Karnival tan-Nadur, Għawdex bejn l-24 u s-26 ta’ Frar 2017.
Il-Ġimgħa u s-Sibt se jkun operat shuttle service, bejn l-Imġarr u n-Nadur fil-ħin mas-servizz tal-vapur, bejn is-19:00 u 00:00. Il-Ġimgħa, servizzi diretti se joperaw mir-Rabat u n-Nadur bejn it-20:00 u 00:00, kull 30 minuta u s-Sibt kull kwarta. Il-Ħadd se jkun hemm servizzi oħra bejn it-20:00 u l-23:00, kull 30 minuta.
“Għandna pjaċir li qed nappoġjaw din l-inizjattiva għal sena oħra” sostna Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. Huwa żied jgħid li “bl-użu tas-servizz speċjali waqt il-weekend tal-Karnival dawk li se jattendu m’għandhomx għalfejn jinkwetaw dwar il-parkeġġ u l-konġestjoni tat-traffiku.”
Is-servizz speċjali se jopera min-Nadur għal diversi lokalitajiet f’Għawdex, il-Ġimgħa fis-01:00, is-Sibt bejn is-01:00 u s-02:30 u l-Ħadd fil-23:00. Dawn se jmorru f’dawn il-lokalitajiet li ġejjien:
In-Nadur – Ix-Xagħra – Marsalforn
In-Nadur – Ix-Xewkija – Ta’Sannat (Ta’Ċenċ) – Il-Munxar – Ix-Xlendi
In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – Kerċem – Santa Luċija
In-Nadur – Ir-Rabat (Victoria) – San Lawrenz – L-Għarb – L-Għasri – Iż-Żebbuġ
In-Nadur – Għajnsielem – L-Imġarr (Vapur)
In-Nadur – Il-Qala
Is-servizz ta’ matul il-lejl, rotta N11 se topera bħas-soltu bejn il-Ġimgħa u s-Sibt bi tluq miċ-Ċirkewwa bejn il-23:05 u s-02:05; filwaqt li s-servizzi speċjali miċ-Ċirkewwa għal Belt Valletta u Tas-Sliema se joperaw skont id-domanda