Parti mit-Triq Reġjonali ser tingħalaq għal sagħtejn

Mill-10:00 tal-lejla, partijiet minn Triq Reġjonali se jkunu magħluqin għat-traffiku

Illejla wara l-10.00 ta' filghaxija, Triq Mikiel Anton Vassalli, mill-mini ta’ Triq Reġjonali sar-roundabout tal-Kappara  u s-sliproad ħdejn l-iskatepark direzzjoni lejn Paceville, ser ikunu magħluqa għat-traffiku għal madwar sagħtejn sakemm isir xi xogħol bil-krejn.  

Waqt li t-toroq ikunu magħluqa, it-traffiku ser jgħaddi mill-bypass ta’ Birkirkara.

Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.

More in Socjali