Paga minima għal aktar minn 140 siegħa fil-ġimgħa ... skjavitù moderna f'Malta

Taħsel, tnaddaf, issajjar, tieħu ħsieb żewġt itfal u tgħix fuq il-post tax-xogħol....kollox għal madwar €700 fix-xahar

Fattiga u 'Nanny' 144 siegħa fuq il-post tax-xogħol....
Fattiga u 'Nanny' 144 siegħa fuq il-post tax-xogħol....

Għal dawk li forsi ma jemmnux li f'pajjiżna jeżistu nies li qed jaħdmu bil-paga minima, ħarsa lejn uħud mis-sezzjonijiet klassifikati ta' gazzetti lokali malajr jikkonfermaw, il-kundizzjonijiet prekarji li qed ikunu proposti. Dan apparti din it-tendenza ġdida ta' ħlas li jinkorpora ikel jew akkomodazzjoni bħala parti mill-ħlas, minflok flus kontanti.  

Il-Ħadd li għadda, fuq ġurnal lokali kien hemm impjieg irriklamat għal fattiga/live-in nanny. Ir-rekwiżiti tal-impjieg kienu jgħidu illi l-persuna trid taħdem sitt'ijiem fil-ġimgħa u tgħix kif ukoll torqod fir-residenza. Dan, probabilment, biex jekk ikun hemm bżonn il-fattiga/live-in nanny tkun tista' taħdem jew tieħu ħsieb tat-tfal matul il-lejl ukoll. Ir-riklam kien jgħid illi l-persuna jkollha tliet snin esperjenza.

Ir-riklam fuq il-gazzetta
Ir-riklam fuq il-gazzetta

 Dan ifisser li f'dan l-impjieg l-persuna se titħallas paga minima għal 144 siegħa xogħol, jew aktar preċiż, ta' 144 siegħa illi matulhom il-persuna trid tkun fuq il-post tax-xogħol. Apparti tindif, il-fattiga trid tieħu ħsieb tat-tfal u anke ssajjar. 

Mhux xi sigriet, illi ħafna minn dawk li qed jispiċċaw f'dawn l-impjiegi huma barranin, l-aktar nisa mill-Filippini.

More in Socjali