Ix-xenarju tipiku u popolari tal-Belt Valletta, hekk kif jidher minn inħawi oħra huwa fil-periklu, hekk kif il-Pro-Katidral ta' San Pawl, magħrufa bħala l-Knisja Anglikana fil-Belt Valletta jinsab fi bżonn serju ta' restawr, bl-ispiża tlaħħaq il-miljuni ta' ewro.
Minħabba f'dan, l-Isqof t'Għawdex appella sabiex il-Kattoliċi 'jagħtu palata lill-ħutna l-Anglikani.'
Grech irrikonoxxa l-firdiet li hemm fi ħdan in-nies tal-Knisja, partikolarment il-Kattoliċi u l-Anglikani.
"Issa dan l-aħħar smajna li ħutna l-Anglikani f’Malta u Għawdex jixtiequ jsewwu l-ħsarat kbar li hemm fil-knisja prinċipali tagħhom, il-Pro-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. L-ispejjeż mhumiex ftit, tant li qed jistmaw li għandhom bżonn ta’ tliet miljun ewro," kompla jgħid Grech.
Għaldaqstant, l-Isqof t'Għawdex talab sabiex il-ġabra li ssir fil-knejjes f'Għawdex, fl-ewwel Ħadd tar-Randan, issir b'risq ir-restawr tal-Pro-Katidra ta' San Pawl fil-Belt, waqt li fi kliem Papa Franġisku, appella ukoll għall-għaqda u l-imħabba mal-Knisja Anglikana.