It-torri ta' Kemmuna jerġa' jiftaħ il-bibien għall-pubbliku

It-Torri ta' Santa Marija fuq Kemmuna se jerġa' jinfetaħ għall-istaġun April-Ottubru

Din l-Art Ħelwa tħabbar li t-Torri ta’ Santa Marija, fuq Kemmuna se jerħa' jinfetaħ għall-istaġun li ġej, mill-1 ta’ April sal-aħħar ta’ Ottubru. It-torri li jmur lura għall-1681, bil-bini tiegħu mill-Granmastru Wignacourt joffri esperjenza differenti, partikolarment fir-rebbiegħa, fejn jitqies li huwa l-isbaħ żmien biex wieħed iżur Kemmuna, li tkun imżewqa bl-isbaħ kuluri. 

Dan it-Torri kien deher fil-film The Count of Montecristo, bħala il- Chateau d’If. Din l-art Ħelwa tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex iżur ukoll lis-Santa Marija Gun Battery li nbena fl-1714.

It-Torri ta’ Kemuna jinfetaħ It-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa, is-Sibt, il-Ħadd u fil-Festi pubbliċi, meta jkun hemm il-bandiera tittajjar fuq il-bejt tat-Torri. Waqt li t-tfal jidħlu f'dan is-sit b'xejn, tintalab donazzjoni għad-dħul.

 

More in Socjali