Matul is-sena li għaddiet, kienu 110 immigranti li ntbagħtu lura pajjiżhom minn Malta.
Fil-fatt, fil-Parlament, il-MInistru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal kif minn dawn il-110 immigrant li ġew ripatrijati, 14 biss minnhom marru lura pajjiżhom b'mod volontarju assistit.
Min-naħa l-oħra, is-96 immigrant l-ieħor li ġew ripatrijati, għamlu dan għaliex kienu deportati mill-pajjiż.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal domanda parlamentari tad-deputat Carmelo Mifsud Bonnici.