Membri tal-Kampanja Paga Minima Diċenti lbieraħ żaru is-suq tal-Birgu bħala parti mit-Tour Pagi Diċenti, fejn qassmu fuljetti lill-pubbliku u wieġbu mistoqsijiet minn dawk preżenti. Il-membri tal-Kampanja saħqu li qed jitolbu għal żieda ta’ 11% fil-paga mimina, li tkun mifruxa fuq tliet snin, u biex il-mekkaniżmu li bih tiġi kkalkulata l-għoli tal-ħajja (il-COLA) ikun rivedut. Huma qalu wkoll li, minbarra li hi ġusta, it-talba li qed issir hi talba sostenibbli meta wieħed iqis l-istat tajjeb li qiegħda fih l-ekonomija.
Ir-rispons tal-pubbliku għall-inizjattiva kien wieħed pożittiv, b’uħud minnhom jirrakkuntaw mill-esperjenza tagħhom jew ta’ nies jiġu minnhom kemm hu diffiċli li wieħed jgħix b’paga baxxa.