Id-Diviżjoni għas-Saħħa ħarġet stqarrija illi fiha qed tavża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu matul ix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta biex wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd speċjalment lill-anzjani, lit-trabi, lit-tfal żgħar, lil persuni li jbatu b’mard kroniku jew li huma attivi ħafna – dawn għandhom iktar ċans li jiġu affettwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti hu importanti li: Jekk hu possibbli jevita li joħroġ barra bejn il-11am u l-4pm, joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol, jixrob regolarment u jiekol ikel kiesaħ. F’każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib tiegħu