Rekord ta’ persuni fittxew l-għajnuna minħabba l-kannabis

  • 19% ta’ dawk li ħabbtu l-bibien tal-Caritas fl-2016 kellhom problema marbuta mal-kannabis
  • Leonid McKay dwar il-legalizzazzjoni; “Il-perikli huma akbar mill-benefiċċji”

Id-direttur ta' Caritas Malta, Leonid McKay
Id-direttur ta' Caritas Malta, Leonid McKay

​Fl-2016, kważi persuna minn kull ħamsa, jew 19% ta’ dawk kollha li marru jfittxu l-għajnuna għand il-Caritas għamlu dan minħabba użu, abbuż jew dipendenza fuq il-kannabis. Dan huwa rekord ta’ nies li marru jfittxu l-għajnuna minħabba l-kannabis fl-aħħar 13-il sena u għalhekk minn mindu l-Caritas bdiet iżżomm l-istatistika.

Jiżvela dan id-Direttur tal-Caritas Leonid Mc Kay f’intervista mal-gazzetta ILLUM, illi fiha huwa wkoll iwissi li minkejja kull diskors ieħor “il-perikli huma akbar mill-benefiċċji.” U dan il-kliem, jisħaq Mc Kay, jgħiduh dawk li jiltaqa’ magħhom hu fil-ħidma tiegħu fil-Caritas u li ġarrbu l-isfidi li jġib miegħu l-vizzju. Huwa jisħaq illi minkejja żidiet żgħar kull sena, bejn l-2015 u l-2016 il-Caritas irreġistrat żieda qawwija ħafna f’dawk li fittxew l-għajnuna minħabba użu jew dipendenza fuq il-kannabis. 

“Hemm bżonn inwarrbu l-idea romantika tal-ħaxixa bħala sustanza rikreazzjonali u nibdew nitkellmu fuq sustanza li fiha riskju ta’ dipendenza,” isostni McKay li mal-ILLUM jgħid illi l-Caritas qed targumenta li “aktar tolleranza ġġib aktar użu.” Huwa jkompli jwissi wkoll illi minkejja xi benefiċċji “hemm faxxa ta’ persuni li huma aktar vulnerabbli li għalihom il-kannabis tista’ tfisser biss ħsara, inkluż l-adoloxxenti, persuni li huma suxxettibbli għal problemi ta’saħħa mentali, dawk li bħalissa qed jirkupraw mill-ħajja tal-vizzji u oħrajn li jużawha bħala ħarba.”

McKay jiżvela ma’ din il-gazzetta illi l-Caritas se tkun qed tippubblika dokument studjat dwar is-suġġett bil-kontribuzzjoni ta’ bosta professjonisti “biex tittieħed deċiżjoni infur

Aqra l-intervista sħiħa fuq il-gazzetta Illum

More in Socjali