Tifla ta' sitt snin għamlet 18-il operazzjoni f'għajnejha...
...imma grazzi għall-Community Chest Fund setgħet tibqa' tgawdi d-dawl t'għajnejha
More in Socjali
...imma grazzi għall-Community Chest Fund setgħet tibqa' tgawdi d-dawl t'għajnejha
Tifla ta' sitt snin ftit li xejn tkun għaddiet minn esperjenzi għajr dawk relatati biss ma' logħob u affarijiet li tfal żgħar normalment ikunu għaddew minnhom. Logħob, pjaċir, esperjenzi ġodda, ħbieb ġodda, skola u forsi memorji ristretti gġal dak kollu li miegħu nallaċċjaw it-tfulija.
Amber Joy, iżda hija tifla li għaddiet minn xejn inqas minn 18-il operazzjoni f'għajnejha fl-ewwel sitt snin ta' ħajjitha. Meta kellha biss tliet xhur u nofs irriżulta li kellha l-'Glaucoma'. Fil-fatt ta' din l-età ommha Krystle kellha titla' għall-ewwel darba r-Renju Unit. Hemmhekk saritilha l-ewwel operazzjoni.
Krystle Xuereb tkellmet mas-sit illum.com.mt u spjegat kif kellha bilfors tidħol għal dan il-proċess li fisser illi kellha titla' ma' bintha r-Renju Unit bosta drabi, "għax inkella binti kienet tispiċċa ma tarax. Niftakar l-ewwel darba li tlajna kienet esperjenza mhux daqstant sabiħa. Jien qatt ma kont tlajt fuq ajruplan, aħseb u ara kemm kont lesta għal esperjenza biex nieħu lil binti l-isptar ta' tliet xhur u nofs biss. Niftakar kienu qalulna li l-operazzjoni se ddum siegħa. Malli kienu qabżu siegħa u nofs, beda l-paniku...'
Fil-fatt Amber Joy u ommha kellhom jitilgħu r-Renju Unit iktar minn 40 darba u jista jkun li jibqa' jkollhom jitilgħu.
Minkejja l-għajnuna tal-familja, Krystle u Amber sabu tgħinuhom lill-Malta Community Chest Fund f'termini ta' finanzjament u anke soljev. Krystle tgħid li kieku ma' kienux il-Malta Community Chest Fund għaliha, kieku żgur kienet issibha diffiċli li bħala single mother titla' dawk id-drabi kollha r-Renju Unit u tħallas għal dawk l-operazzjonijiet kollha.
Il-marda tal-Glaucoma tolqot l-għajnejn u n-nervituri optiċi u tista twassal għal telf ta' viżjoni.
Illum, Malta tingħaqad f'festa meraviljuża ta' karità. Il-poplu huwa mitlub li jagħti l-flus lill-Malta Community Chest Fund li hija ta' tant għajnuna għal tant nies fil-bżonn.
Tinsiex, li għada tista' tkun int li jkollok bżonn l-għajnuna.
L-Istrina qed tintwera' fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.