Servizzi speċjali ta' trasport pubbliku għall-lejlet l-ewwel tas-sena
L-MPT b'numru ta' rotot li se jibqgħu jitilqu mill-Belt Valletta sal-ħinijiet bikrin ta' filgħodu
More in Socjali
L-MPT b'numru ta' rotot li se jibqgħu jitilqu mill-Belt Valletta sal-ħinijiet bikrin ta' filgħodu
Malta Public Transport tixtieq tħabbar illi għal darb’oħra ser tkun qed topera servizzi speċjali sabiex tiffaċilita t-trasport f’lejliet l-Ewwel tas-Sena.
Ir-rotot speċjali li ġejjin ser ikunu disponibbli għall-passiġiera kollha:
S10: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A2 fil-23:30, fin-00:30 u fis-01:30
S20: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A3 fil-23:30 u kull 30 minuta mill-00:15 sas-01:45
S30: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A4 fil-23:30 u kull 20 minuta mill-00:15 sas-01:55
S40: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A11 fil-23:30, fin-00:30 u fis-01:30
S41: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A5 fil-23:30, fin-00:30, fis-01:00 u fis-01:30
S50: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A6 fil-23:30 u kull 30 minuta mill-00:15 sas-01:45
S60: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A7 fil-23:30, fin-00:30 u fis-01:30
S70: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A8 fil-23:30 and u kull 30 minuta mill-00:15 sas-01:45
S80: ħin tat-tluq minn Valletta Bay A9 fil-23:30, fin-00:30 u fis-01:30
S90: ħin tat-tluq minn Valletta A10 fil-23:30 u kull 30 minuta mill-00:15 sas-02:15
N13: tal-linja ser ikunu qed joperaw skont id-domanda, flimkien mas-servizz skedat tas-soltu, minn Bays A12, A13
Għall-aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi speċjali u/jew dwar is-servizz ridott tal-Ewwel tasSena, l-klijenti jistgħu jżuru s-sit publictransport.com.mt . Il-klijenti jistgħu wkoll iniżlu t-Tallinja App għall-informazzjoni fuq liema karozza tal-linja ser tkun ser tassal f’kwalunkwe Bus Stop. Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store jew mill-Google Play Store.
Filwaqt li tawgura lill-klijenti kollha l-isbaħ xewqat, Malta Public Transport tixtieq tfakkar lill-pubbliku dwar il-konsegwenzi terribbli tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-droga.