Għal darb'oħra l-Maltin juru ġenerożità mad-Dar tal-Providenza

Dan waqt il-maratona Festa ta' Ġenerożità bdiet fid-9 u baqgħet sejra sa nofsillejl 

€1,255,269 inġabru waqt il-Festa ta’ Ġenerożità għad-Dar tal-Providenza. Waqt il-maratona, mid-Djoċesi ta’ Għawdex inġabret is-somma ta’ €20,967.43, nġabru €34.300 mill-irkant ta’ xogħlijiet artistiċi mogħtija minn aktar minn mitt artist Malti u barranin.

Il-maratona xxandret ukoll mill-istazzjonijiet televiżivi, b’xandira li bdiet fid-9 ta’ filgħodu b’Quddiesa mill-Kappella tad-Dar tal-Providenza. Il-maratona ntemmet f’nofsillejl. 

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef spjega kif din il-festa ta’ ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li urew solidarjetà u ġenerożità.

Saħaq li l-fondi li nġabru se jissarfu f’aktar ħidma biex ir-residenti tad-Dar tal-Providenza jkomplu jgawdu minn servizzi tal-ogħla kwalità li jiggarantixxu rispett sħiħ lejn id-dinjità u d-drittijiet tagħhom. 

Kienu bosta li żaru l-maratona, kif ukoll persuni distinti fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-Arċisqof Charles Scicluna.

More in Socjali