Dal-lejl, għall-ħabta tat-3:15 am il-Pulizija ġew infurmati li fi Triq Sant’ Anton Abbati, il-Mosta kien hemm persuna li x’aktarx qed jisgassa residenza.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta, flimkien ma’ dawk tar-Rapid Intervention Unit, marru mill-ewwel fil-post indikat, fejn sabu bieb ta’ residenza miftuħ u lemħu raġel fuq il-bejt tal-istess post.
Ġewwa r-residenza li f’dak il-ħin kienet vakanti, ġie nnutat taqlib, kif ukoll bieb ta’ gallarija sgassat. Ir-raġel li ntlemaħ fuq il-bejt ġie arrestat fuq il-post mill-Pulizija u fuqu nstabu diversi oġġetti relatati mas-serq, bħal turnaviti u ingwanti fost l-oħrajn.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin