Żieda ta' 300 vjaġġ fuq numru ta' rotot madwar il-pajjiż
Il-Malta Public Transport tniedi s-servizz tas-sajf li se jfisser illi bosta rotot se jkunu estiżi, b'żieda qawwija..
More in Socjali
Il-Malta Public Transport tniedi s-servizz tas-sajf li se jfisser illi bosta rotot se jkunu estiżi, b'żieda qawwija..
B’effett mill-Ħadd 10 ta’ Ġunju, Malta Public Transport se tniedi s-Servizz tas-Sajf, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u b’servizz ta’ trasport pubbliku estiż għall-bajjiet popolari.
Klijenti li għandhom Tallinja Card ser ikomplu jgawdu nollijiet orħos matul is-sena kollha, waqt li l-biljetti li jinxtraw bi flus kontanti minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2.00 matul is-sajf.
Ser ikun hemm karozzi tal-linja aktar frekwenti, b’madwar 300 vjaġġ aktar kuljum, fuq dawn ir-rotot:
Route 82 – Valletta – Birżebbuġia
Route 212 - Sliema - Buġibba
Route 221 - Ċirkewwa – Buġibba
Route 222 - Sliema – Ċirkewwa
Route 223 - Buġibba – Għajn Tuffieħa
Route 225 - Sliema – Għajn Tuffieħa
Route 310 - Ir-Rabat (Victoria) – Marsalforn
Route 311 - Ir-Rabat (Victoria) – Dwejra
Is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun estiż għal dawn il-bajjiet popolari: L-Armier (Rotta 49), Wied iż-Żurrieq (Rotta 74), il-Ġnejna (Rotta 101) u Għar Lapsi (Rotta 109). Dawn ir-rotot kollha joperaw mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-Sajf.
L-iskedi l-ġodda ser ikunu disponibbli fuq is-sit publictransport.com.mt. Minħabba dawn il-bidliet, il-‘Journey Planner’ fuq dan l–istess sit u fuq it-tallinja app ser ikunu temporanjament indisponibbli sakemm iseħħu l-bidliet meħtieġa. Fil-jiem li ġejjin, Malta Public Transport ser tkun qed taġġorna wkoll l-iskedi ta’ fuq il-bus stops madwar Malta u Għawdex