Appell lill-Kalkariżi u l-Ġużeppini biex jingħaqdu flimkien fid-9 ta' Lulju

Kant, żfin, ikel u briju mal-ħruġ minn niċċa ta' San Ġużepp fil-Kalkara

Il-Parroċċa ta' San Ġużepp tal-Kalkara ser tkun qed torganizza serata divertenti għall-familja kollha bl-isem 'Festa Kalkariża', nhar it-Tnejn 9 ta' Lulju 2018 mit-8.30pm 'il quddiem. 

Dan l-avveniment se jseħħ wara l-ħruġ minn niċċa tal-vara titulari ta' San Ġużepp fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. 

Ser jieħdu sehem diversi kantanti u żeffiena fosthom Marilena, Vince Fabri, Glen the Magician, il-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa, Evolution Dance Co., Southern Star Dancers, Iconic Dancers, Isaac Spiteri, Leah Cauchi u diversi artisti oħrajn.

Fl-istess waqt ser isiru intervisti ma' Andrew Cohen u Charles Flores bi preżentazzjoni ta' Twanny Scerri.

Ser ikun hemm ukoll 'Super Tombla' u ikel u xorb għal kulħadd.

Biljetti jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mingħand il-helpers tal-Parroċċa.

Il-Paroċċa qed titlob biex dakinhar in-nies kollha jingħaqdu flimkien bħala familja waħda Kalkariża għall-quddiesa fis-6.30pm u l-ħruġ segwenti ta' San Ġużepp min-niċċa.

 

More in Socjali