L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumaturqed tirtira minn fuq is-suq slime għat-tfal wara li nstab li fih ammont kbir ta’ boron.
L-inġestjoni jew saħansitra l-kuntatt dirett ma’ kwantità eċċessiva ta’ boron jistgħu jikkawżaw ħsara lis-sistema riproduttiva tat-tfal.
Fi stqarrija ġie sġjegat ukoll li l-prodott ma jikkonformax mal-kodiċi rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ġugarelli u l-istandard Ewropew rilevanti EN 71-3.
Il-konsumaturi qed ikunu mħeġġa jevitaw l-użu ta’ dan is-slime u huma mħeġġa jirritornawhom fil-ħwienet minn fejn xtrawhom.
L-operaturi huma ordnati li jieqfu milli jbiegħu jew iqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq.
L-MCCAA se tieħu azzjoni, kif prevista mil-liġi, kontra dawk l-operaturi ekonomiċi li jkomplu jqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq.
Għal mistoqsijiet u tagħrif ieħor rigward dan is-slime jew xi prodotti oħrajn li mhumiex tal-ikel misjuba fuq is-suq Malti, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 23952000, [email protected] jew billi jżur www.mccaa.org.mt.