Ira Losco – Telgħet – Bl-X Factor laħqet il-quċċata
Ira Losco minn dejjem kienet mara maħbuba u sabiħa wkoll. Hija waħda minn dawk in-nisa li tidher kemm tidher ma ddejqek qatt. Kienet popolari meta telgħet tirrappreżenta lil Malta għall-Eurovision u saret iktar meta ġiet fit-tieni post bid-diska ‘7th Wonder’.
Din is-sena Losco reġgħet daħlet fis-salott tan-nies hekk kif hija waħda mill-ġudikanti fil-programm X Factor. Minkejja li l-erba’ ġudikanti huma lkoll kapaċi, Losco tibqa’ l-aktar waħda li n-nies jirrelataw magħha u l-inqas li jikkritikaw ukoll.
Bla dubju, dan il-programm popolari reġa’ saħħaħ l-immaġini ta’ Ira Losco u allura l-2018 kienet definittivament waħda tajba għaliha.
Emma Muscat: telgħet – suċċessi kbar għal Emma fl-Italja u Malta
L-2018 ġabet suċċessi kbar għaliha nnifisha u għal Malta. Emma Muscat rebħet il-Premio Margutta għas-sehem tagħha fil-programm Amici.
Fil-fatt kien f’Amici fejn nistgħu ngħidu li Muscat iddebuttat, fejn it-talent tagħha tellagħha sal-quċċata. Minkejja li kienet eliminata hija saret popolari u fl-ajruport ta’ pajjiżna ġiet milqugħa minn mijiet li kienu bdew isegwuha biss ftit qabel.
Fuq is-sit ‘Lovin Malta’ Muscat hija deskritta bħala ‘student turned superstar’.
John Suda - niżel - il-Qorti ssibu ħati
John Suda, sa qabel l-2017 kien attur mill-aktar famuż u komiku. Iżda allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali tefgħulu l-karriera l-baħar. L-2018 kienet sena ħażina għal dan l-attur ta’ Simpatiċi, fost ħafna oħrajn. Dan hekk kif il-Qorti sabitu ħati u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi. Il-vittma rrakkontat fil-Qorti dak li ġara waqt din is-suppost lezzjoni tad-drama, illi fiha Suda poġġa ġismu ma' ħalq l-istudenta u talabha titla' fuqu, poġġa subgħajh f'ħalqha u bagħbasha. Fil-Qorti Suda xehed illi dak li kien qed jagħmel għamlu biex jara jekk it-tfajla hix kapaċi żżomm il-kalma f'sitwazzjonijiet simili, meta tkun qed tirreċta quddiem udjenza. 'Jiena kont interessat li nħares f'għajnejha u l-espressjoni ta' wiċċha,' sostna Suda.
Matul l-2018 Suda kien kompletament nieqes. Qabel ma nqatgħat is-sentenza tal-Qorti l-organizzaturi tal-Malta Fashion Awards kienu kkritikati bil-qawwi hekk kif stiednu lil Suda jkun wieħed minn lista ta’ preżentaturi f’avveniment annwali.
Ara l-parti tal-analiżi li titratta l-politika: Hawnhekk