Raġel minn Londra kien fieq mill-HIV wara trapjant ta' ċelloli staminali, biex sar it-tieni pazjent fl-istorja li qatt kien rikoverat b'mod komplet mill-marda li s'issa dejjem kienet meqjusa bħala waħda terminali.
Ir-raġel minn Londra instab li għandu HIV fl-2003 meta beda jieħu mediċina biex jikkontrolla l-marda li twassal għall-Aids.
Iktar tard kien żviluppa il-Hogkin's Lyphoma u fl-istess sena beda t-trattament għat-tumur. It-tobba sabu mutazzjoni rari ħafna li toffri reżistenza għall-HIV fil-mudullun li ngħata l-pazjent bħala trattament.
Kwazi tliet snin minn meta ingħata l-mediċina li tirreżisti l-infezzjoni u wara 18-il xahar minn meta waqaf jieħu l-mediċina biex iwaqqaf it-tixrid tal-HIV, il;lum tħabbar li testijiet sensittivi mmens qed juru li r-raġel m'għandux imqar traċċa tal-infezzjoni.
"M'hemm l-ebda virus li nistgħu nkejlu. Ma nistgħu naraw xejn," qal Ravindra Gupta, professur u bijoloġista li mexxa t-tim ta' tobba li kienu qed jitrattaw lir-raġel.
Huma biss 1% ta' dawk li ġejjin mill-Ewropa tat-Tramuntana, jgħidu rapportil li wirtu din il-mutazzjoni mill-ġenitur u allura li għandhom ukoll immunità għall-HIV.