Ieqfu użaw dawn il-heaters u dawn il-hair dryers
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet twissija dwar dawn il-prodotti
More in Socjali
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet twissija dwar dawn il-prodotti
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sabet fuq is-suq heaters tal-gass li kienu għall-bejgħ f’dawn l-aħħar snin li ma jikkonformax mar-Regolament applikabbli għal apparat li jaħdem bil-gass.
Dawn il-heaters huma tal-marka 'SIMBA'; Mudell NY-F138 u bil-pjanċa tal-isem kif indikat fir-ritratti.
Prodotti bħal dawn suppost ikunu mmarkati bil-marka CE u din il-marka għandha tkun segwita b’numru ta’ erba’ ċifri li jirrappreżenta l-Korp Notifikat li jmexxi l-kontroll tal-produzzjoni tat-tali prodotti.
Apparti minn hekk, fuq l-istess heaters ma hemmx lanqas l-identifikazzjoni tal-manifattur u lanqas id-dettalji tal-kuntatt
Il-konsumaturi huma mitluba joqogħdu lura milli jużaw dawn il-heaters.
Hair Dryers perikoluża
L-istess Awtorità qed tgħarraf lill-pubbliku dwar sejħa li għamel il-manifattur tal-prodott ‘Dunlop Travel Hair Dryer 1200W’, li n-numru tal-Mudell huwa: Ch-601; Lott: 2051518
Dan il-prodott ġie rtirat mis-suq peress li nstab li l-fann ta’ dan il-prodott jista’ jinqala’ minn postu waqt l-użu. Dan jista’ jwassal biex id-dryer tisħon iż-żejjed bil-konsegwenza li ssir taħraq b’mod li toħloq periklu.
Dan il-prodott inbiegħ bejn Settembru tal-2018 sa Mejju tal-2019.
Konsumaturi li xtraw dan il-prodott huma mitluba jieqfu jużawh immedjatament u jirritornawh lura minn fejn xtrawh.