Jitneħħa l-kontejner mimli siringi wara l-istorja tal-ILLUM

Il-ġimgħa l-oħra s-sit illum.com.mt irraporta dwar kif l-eks għassa ta' Bormla kienet saret post ta' abbuż.

Il-Baċir numru wieħed f'Bormla
Il-Baċir numru wieħed f'Bormla

L-eks għassa ta' Bormla fiż-żona tal-Baċir Numru Wieħed li kienet spiċċat mimlija siringi u affarijiet oħra relatati mal-abbuż tad-droga tneħħiet bejn il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd.

Kien is-sit illum.com.mt li nhar il-ġimgħa li għadda żvela kif dan il-kontejner kien sar miżbla ta' siringi u affarijiet oħra relatati mal-abbuż ta' droga u kif hawnhekk kien qed isir abbuż sfaċċat.

Wieħed mir-ritratti li ppublikajna l-ġimgħa l-oħra
Wieħed mir-ritratti li ppublikajna l-ġimgħa l-oħra

 

More in Socjali