Pitturi jerġgħu lura posthom wara problema ta' moffa f'MUŻA

Numru ta' pitturi lura f'psothom fil-mużew MUŻA wara problema ta' moffa mal-ħitan

Jibdew jittellgħu lura f'posthom diversi pitturi f'MUŻA
Jibdew jittellgħu lura f'posthom diversi pitturi f'MUŻA

Wara problema ta' moffa minn dalgħodu reġgħu bdew jitpoġġew lura fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA) il-pitturi li kienu tneħħew ftit jiem ilu bħala miżura preventiva.

L-Aġent Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Noel Zammit, spjega kif grazzi għall-apparat teknoloġiku u l-impjegati dedikati ta’ Heritage Malta,  ġiet identifikata żieda fil-livelli tal-umdita’ f’sezzjonijiet tal-Mużew, għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni mill-esperti tal-Aġenzija biex preventivament jitneħħew numru ta' pitturi sabiex tiġi protetta l-arti esebita.

“Il-missjoni ewlenija ta’ Heritage Malta hija fil-fatt dik li tipproteġi l-patrimonju kulturali fdat lilha, f’dan il-każ, l-opri tal-arti. Għalhekk, konna ferm proattivi u mexxejna l-pitturi minn ċertu swali għal post bi klima stabbli, ġewwa l-MUŻA stess,” stqarr Zammit. “Tajjeb li nħabbru li dan huwa proċess li ghalkemm ser jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin, qed isir b’kull attenzjoni meħtieġa, u mhux bi ħsiebna nieħdu l-ebda shortcut għal ebda raġuni.” 

Sadanittant, Heritage Malta għadha kemm fetħet formalment l-ewwel sejħa tagħha għal esebizzjonijiet temporanji ġewwa l-MUŻA.

Artisti illi huma interessati li jesebixxu xogħlhom jistgħu jsibu iktar informazzjoni, kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni, hawnhekk https://heritagemalta.org/muza-exhibitions-project-vision/

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand Heritage Malta sal-1 ta’ Novembru 2019.

 

More in Socjali