Iċċelebra t-tmiem tas-sajf u għin lil Bjorn
Festival f'Birżebbuġa se jsellem lis-sajf u se jkun qed jgħin biex tinbena t-tieni Dar Bjorn
More in Socjali
Festival f'Birżebbuġa se jsellem lis-sajf u se jkun qed jgħin biex tinbena t-tieni Dar Bjorn
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn, liema festival se jittella’ fl-20, fil-21 u fit-22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.
“L-arti u l-kultura saru parti intrinsika għas-soċjetà tagħna u permezz ta’ pjattaformi ta’ din is-sura mhux biss qed nippromwovu t-talent lokali imma qegħdin nagħmlu dan is-settur aktar aċċessibbli,” saħaq il-Ministru Owen Bonnici.
Fl-inħawi tal-Bajja s-Sabiħa se jkun hemm gabbani tal-ikel, żona ta’ logħob għat-tfal, suq artiġjanali u tournament tal-football fuq il-bajja, fost l-oħrajn.
Dan apparti spettaklu ta’ mużika minn Claudia Faniello, Ozzy Lino, Raquel Galdes, Kevin Paul, Kirsten Graham u Matthew James.
Se jkun hemm ukoll tribute bands u artisti, fosthom Robbie Williams, Spice Girls, Kylie Minogue, U2, Michael Jackson u Bon Jovi.
L-attivitajiet jibdew mill-5 ta’ filgħaxija ’l quddiem. L-udjenza se tkun tista’ wkoll tibgħat SMS b’donazzjonijiet.
Se jkun hemm ukoll tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw li se jkunu għall-bejgħ għal €2 biss.
Dan l-avveniment hu organizzat min-numru ta’ voluntiera u hu appoġġjat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u mill-Kunsill Malti għall-Arti.