Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet li d-detenzjoni ta’ sitt immigranti fil-Barracks ta’ Ħal Safi kienet illegali.
L-avukati tal-immigranti kienu qed jargumentaw li d-detenzjoni tagħhom kienet taqbeż il-limitu legali ta’ 10 ġimgħat detenzjoni u għalhekk tiċħad il-libertà personali tagħhom.
Huma spjegaw kif ftit wara li dawn ġew salvata, kienu interrogati mill-Pulizija mingħajr assistenza ta’ interpretu u sussegwentement ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni. Ftit wara huma ġew informat li l-moviment tagħhom kien se jsir wieħed limitat minħabba suspett li għandhom mard li jittieħed.
Kaġun t’hekk huma ttieħdu fiċ-ċentru tas-saħħa għall-eżaminazzjoni iżda qatt ma kienu infurmati bir-riżultati. Sadanittant, huma kien talbu għall-ażil f’Malta.Madanakollu, l-avukati spjegaw kif l-immigranti baqgħu miżmuma fil-Barracks taħt superviżjoni u li liġi kienet qed tapplika biss għall-persuni li jiġu salvata fuq il-baħar u mhux għal dawk li jaslu Malta b’mezzi oħra minn pajjiżi b’riskju għoli.
Ta’ minn jinnota li għalkemm il-liġi tippermetti din id-detenzjoni għal perjodu ta’ bejn erba’ u għaxar ġimgħat minħabba raġunijiet mediċi, l-immigranti qalu li qatt ma kienu eżaminati mill-ġdid u li ma ngħatawx trattament għal xi dijanjosi medika.
Għalhekk huma argumentaw li d-detenzjoni ma kienetx tikkonċerna s-saħħa pubblika iżda ‘politika tal-immaniġġjar tal-immigranti.”
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet mill-Avukat Ġenerali u l-Awtoritajiet tas-Saħħa il-Qorti ddikjarat li din id-detenzjoni kienet fil-fatt illegali u għalhekk ordnat il-ħelsien immedjat tal-immigranti.
F’kumment ftit wara d-deċiżjoni tal-Qorti, Neil Falzon, mill-Fondazzjoni Aditus sostna li Malta ilha żżomm persuni li jfittxu l-ażil fuq raġunijiet simili għal bosta xhur u li dawk kienu f’nuqqas ta’ konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem.