Aġġornata | Arrestati numru ta' immigranti wara protesta fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Safi

Il-Pulizija tarresta numru ta' immigranti li bdew protesta fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni

Wara operazzjoni fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi l-Pulizja arrestat numru ta' immigranti li dalgħodu bdew protesta fiċ-ċentru.

Jidher li waqt din il-protesta l-Immigranti pprotestaw kontra d-detenzjoni, waqt li jgħajtu 'freedom' (libertà).

Ftit tas-sigħat ilu kelliem għall-Pulizija kkonferma din il-protesta 'żgħira' iżda qal li kollox jinsab taħt kontroll.

Din hija r-raba' protesta fl-aħħar ftit xhur f'dan iċ-Ċentru ta' Detenzjoni.

Fl-aħħar protesta fiċ-Ċentru ta' Ħal Safi, l-immigranti wkoll bdew jitolbu l-ħelsien filwaqt li bdew jaħarqu xi saqqijiet.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

More in Socjali