Aldo Drago, Professur tal-Ġeoxjenzi fl-Università ta’ Malta qal li pressjoni fl-arja fuq il-Baħar Adrijatiku waslet biex inħolqot pressjoni fil-Baħar Mediterran li kkawżat riħ ta’ 80km/h, jew riħ ta’ forza disgħa fil-baħar bejn Malta u Sqallija nhar is-Sibt li għadda.
Dan wassal għal xita qawwija flimkien ma’ mewġ ogħli seba’ metri ħdejn Għawdex. Skontu, dawn il-mewġ u dan ir-riħ jsiru darba kull għaxar snin.
Drago fakkar ukoll fil-ħsara li kienet irrapurtata fuq l-art u li kienet sinifikanti, iżda dan ma kien jikkumpara xejn mal-qawwa li kien hemm fuq il-baħar.
“Fortunatament, is-sies fil-kosta tal-punent ta’ Malta pproteġew iż-żoni urbani ta’ Malta, inkella il-ħsara setgħet kienet tkun ħafna kbar," qal il-Professur.