Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, fl-aġġornament ta' kuljum dwar is-sitwazzjoni f'Malta b'rabta mal-Covid-19, appellat biex għada, festa nazzjonali, ma jiġrix bħalma ġara lbieraħ u kemm jista' jkun, il-familji jibqgħu fid-dar.
Tenniet li l-każi ta' trasmissjoni lokali żdiedu u għalhekk hemm riskju li persuna tiltaqa' ma' oħra li tkun infettata u tittieħed mill-virus.
"Il-vulnerabbli għandhom jibqgħu ġewwa u l-bqija joħorġu biss għall-affarijiet bżonnjużi," saħqet Gauci. "Naraw x'nistgħu nagħmlu mid-dar tagħna stess, ingawdu l-familja u nevitaw li mmorru f'postijiet fejn hemm numru ta' nies."
Temmet tappella għall-koperazzjoni tal-pubbliku. Fi kliemha, jekk ikun hemm koperazzjoni mill-pubbliku, ma jkunx hemm għalxiex jittieħdu miżuri oħra, iżda jekk le, l-miżuri se jkollhom jiżdiedu.
Aqra wkoll: