L-instructors tas-sewqan għadhom fil-limbu ġimgħa wara li ddawret deċiżjoni dwarhom

Dan ifisser ukoll li dawn ma jistgħux jibbenefikaw minn miżuri li ħabbar il-Gvern sa issa...

L-instructors tal-karozzi għadhom fil-limbu hekk kif deċiżjoni biex huma jibqgħu għaddejjin bil-lezzjonijiet għadha attiva, minkejja li mal-illum.com.mt Joseph Tonnna, minn waħda mill-iskejjel ewlenin tas-sewqan, fakkar illi ħadd m'hu qed imur għall-lezzjonijiet. 

"Il-U turn li saret għadha hemm u aħna għadna nistgħu nagħmlu lezzjonijiet, imma ħadd mhu qed jiġi.  U anke li kieku stess jiġu - nerġa ngħid mhumiex - għalxejn.  Iċ-ċentri fejn isiru l-eżamijiet kemm tat-teorija kif ukoll tal-prattika, magħluqin.  Jiġifieri lanqas nistgħu ntellgħu għat-test," qal Tonna. 

Nhar it-Tnejn tal-ġimgħa l-oħra Transport Malta biddlet deċiżjoni li kienet ħadet erbat ijiem qabel biex il-lezzjonijiet tas-sewqan ma jsirux, deċiżjoni li dan is-sit żvela kif ħadd ma jrid iġorr ir-responsabilità tagħha. 

Tonna jfakkar li din id-deċiżjoni tfisser ukoll illi dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur ma jistgħux jibbenefikaw mill-benefiċċji li sa issa ħabbar il-Gvern. 

More in Socjali