Filmat | 'Qegħdin fiha flimkien' - Messaġġ fil-mużika mill-Belt Valletta

Kuntrast bejn il-kulur u l-ħajja tal-bieraħ u l-baħħ tal-lum...

L-Aġenzija għall-Belt Valletta flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta ngħaqdu fl-ewwel minn sensiela ta' erba' produzzjonijiet awdjo vizivi. Dan tal-ewwel juri l-ħajja kkulurita, mimlija nies u vibranti ta' din il-Belt Kapitali hekk maestuża fl-2018 u l-2019, b'xeni  - fost oħrajn - mill-Festa l-Kbira, meta l-Parroċċi kollha tal-Belt Valletta ngħaqdu f'festa waħda.

L-attività, iċ-ċaqlieq, il-ħsejjes, il-folol u l-ħajja tal-bieraħ iżda nbidlet f'silenzju u baħħ, kuntrast li jidher sew f'dan il-filmat. 

Dawn il-produzzjonijiet għandhom it-tema 'We're in this together - Stay safe. Stay home' u fl-ewwel produzzjoni l-Orkestra ddoqq id-diska popolari tal-Grupp U2 - ' Where the streets have no Name'. 

More in Socjali