Servizz ta' counselling b’xejn għal dawk il-persuni l-iktar fil-bżonn
Dan l-arranġament se jkopri sakemm tintemm il-pandemija tal-Covid-19, li ħolqot tensjoni u piżijiet psikoloġiċi
More in Socjali
Dan l-arranġament se jkopri sakemm tintemm il-pandemija tal-Covid-19, li ħolqot tensjoni u piżijiet psikoloġiċi
Permezz ta' inizjattiva konġunta mill-Assoċjazzjoni tal-Professjoni tal-Counselling f’Malta (MACP) u l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) se jkun imwaqqaf counselling b’xejn għal dawk il-persuni l-iktar fil-bżonn matul dawn iż-żminijiet diffiċli.
L-MACP se jkunu qed joffru sigħat ta’ counselling bla ħlas għal dawk il-klijenti referuti mill-helplines 1772 u 179, li jkollhom bżonn għajnuna speċifika u fit-tul.
Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċini ġodda tal-helpline 179 f’Santa Venera, mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon.
Il-Ministru faħħar din l-inizjattiva u rringrazzja lill-counsellers għal dan is-sehem strumentali li se jkomplu jagħtu lill-komunità.
Il-President tal-MACP Ryan Portelli qal li l-Assoċjazzjoni se tkun qed tipprovdi ‘referral form’ għall-professjonisti li joperaw il-helplines 1772 u 179. Dan filwaqt li se jkunu qed jipprovdu tmien sessjonijiet ta’ counselling għal kull klijent, li jistgħu jkunu estiżi skond il-każ individwali.
Id-Direttur tal-Aġenzija Appoġġ Remenda Grech qalet li l-professjonisti tal-FSWS se jkunu qed jipproċessaw it-telefonati u jispjegaw kif jistgħu jibbenefikaw mis-servizz ta’ online counselling jewtelephone counselling.
Dan l-arranġament se jkopri sakemm tintemm il-pandemija tal-Covid-19, li ħolqot tensjoni u piżijiet psikoloġiċi.