Min-nhar it-Tnejn li ġej se jerġgħu jibdew iż-żjarat lill-anzjani fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul.
L-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.
Il-ħinijiet taż-żjarat se jkunu bejn l-10.30am u 12.00pm u mbagħad bejn l-16.00pm u s-19.00pm
Żjarat:
- Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identià tagħhom.
- It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm.
- Jistgħu jattendu massimu ta’ 2 viżitaturi għal kull appuntament.
- Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha.
- Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw l-wasla tagħhom fil-Main Gate.
- Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità fil-post tar-registrazzjoni.
- Wara r-reġistrazzjoni l-viżitaturi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn hawnhekk tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
- Wara l-proċess tal-iscreening il-viżitaturi jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala.
- Mhuwiex permess li l-viżitaturi jgħaddu minn sala għal oħra biex jaslu fis-sala tagħhom.
- Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut ix-shuttle service u anki huwa permess li l-viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa San Vinċenz De Paul.