Anzjana ta’ 96 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19 f'Malta.
L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru mir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha. Ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinnhar stess.
Hija baqgħet tingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.
L-anzjana hija l-41 vittma tal-virus f'Malta.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...