Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar mewt oħra ta' persuna li kellha l-Covid-19, din id-darba anzjan ta’ 71 sena. Dan ifisser illi l-imwiet ta' persuni bil-Covid-19 issa telgħu għal 44.
L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Settembru. Għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-Covid-19, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19.
Dan il-każ ikompli mal-mewġa ta' każiijiet pożitttvi għall-Covid-19 fl-aħħar jiem - bin-numri jitilgħu għall 100 nhar is-Sibt u 95 każ nhar il-Ħadd - u mwiet ta' persuni pożittiv i għall-Covid-19. Sal-bieraħ stess fil-fatt Malta esperjenzat mewt oħra ta' anzjan ta' 67 sena.