Imutu ħames anzjani oħra bil-Covid-19; It-total tal-vittmi jitla' għal 122

L-etajiet ivarjaw bejn il-75 u t-88 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fil-ħames każ anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Ta' min ifakkar li fil-Good Samaritan Long Term Care Facility qed jiddaħħlu dawk l-anzjani li huma residenti f'dar tal-anzjani fejn ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex jiġu iżolati.

Dan ifisser li b'kollox 122 persuna tilfu ħajjithom bil-Covid-19.

More in Socjali