Fit-3 ta’ April il-Papa Franġisku kiteb personalment lil Patri Dijonisju Mintoff OFM fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, hekk kif fl-1 ta’ April huwa għalaq 90 sena.
F'ittra mibgħuta personalment, il-Papa irringrazzja lil Patri Dijonisju għall-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża tiegħu bħala Franġiskan, u għall-ħajja iddedikata lill-qadi tal-Knisja.
Il-Papa Franġisku talab lil Patri Dijonisju jitlob għalih u xtaqlu Għid qaddis.
Patri Dijonisju hu l-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Papa Ġwanni XXIII, li ġie inawgurat eżattament 50 sena ilu.
Fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka l-Arċisqof Charles J. Scicluna wkoll feraħ lil P. Dijonisju waqt il-Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina.