Mit-8 ta' Ġunju l-pubbliku jista' jiġbor iċ-ċertifikat tal-vaċċin miċ-ċentri tas-servizz.gov

Minkejja dan is-sit partikolari xorta għadu qed jintuża u persuna tista' tniżżel iċ-ċertifikati minn certifikatvaccin.gov.mt. 

Min-nhar it-Tlieta, 8 ta' Ġunju, is-Servizz Pubbliku se jkun qed jintroduċi servizz ieħor sabiex jgħin lin-nies iniżżlu u jipprintjaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin tagħhom. Dan is-servizz se jkun bla ħlas u disponibbli fiċ-ċentri kollha tas-service.gov madwar il-gżira kollha.

Dan wara li diversi persuni rraportaw li sabu diffikulta biex jipprintjaw iċ-ċertifikat. Ġie rrapurtat ukoll li l-istess website esperjenzat wkoll problemi tekniċi. Minkejja dan is-sit partikolari xorta għadu qed jintuża u persuna tista' tniżżel iċ-ċertifikati minn certifikatvaccin.gov.mt

Is-Servizz Pubbliku se jkun qed jintroduċi wkoll servizzi oħra bl-għan li jsir titjib ta' kwalità u l-effiċjenza. Fosthom l-introduzzjoni tas-sistema "callback." Permezz ta' din is-sistema, klijent li ma jirnexxilux jikkomunika immedjatament ma' persuna ta' servizz.gov, se jkun qed jingħata l-għażla li jċemplulu lura huma.

More in Socjali