Matul l-aħħar xahar, Carita Malta ġabret diversi servizzi tagħha f'binja waħda li tinsab fi Triq Mountbatten, il-Ħamrun.
Din il-binja msejħa Caritas Community Centre, se tkun qed tospita dawk is-servizzi kollha li Caritas Malta ilha għal għexieren ta’ snin tikkoordina mill-Head Office tagħha li kien jinsab fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.
Fost is-servizzi li se jkunu qegħdin jiġu offruti minn din il-binja insibu servizz soċjali, preventivi, ta' riċerka u ta’ koordinament. Minn din il-binja se jibda jiġi offrut il-programm tagħhom tal-Outreach u anke ta' servizz fil-komunità.
Dawn huma servizzi ta’ counselling għal persuni li għandhom dipendenza fuq sustanzi u orjentazzjoni għall-persuni lejn programm ta’ riabilitazzjoni fuq bażi ta’ outpatient. Dawn is-servizzi kollha jinkludu l-Family Unit li jagħti sostenn lill-familjari ta’ persuni li jabbużaw mid-droga. inkluż ukoll id-drop-in centre. Dawn is-servizzi kollha qed jingħataw b’osservanza tad-direttivi tas-Sovvratendenza tas-Saħħa pubblika. Għal dawn l-aħħar 35 sena dawn is-servizzi kienu jiġu offruti minn dar fi Triq il-Kapuċċini l-Furjana.
Iċ-Ċentru jinkludi wkoll l-uffiċċini amministrattivi ta’ Caritas Malta, sala kbira fejn jistgħu jsiru attivitajiet soċjali, konferenzi u taħrig għall-staff u l-voluntiera, kif ukoll roof garden / cafeteria li joffri post ta’ rikreazzjoni u terapija.
Dan iċ-Ċentru se jagħmilha possibbli li f’post ċentrali jinġabru dawn is-servizzi fil-komunitá taħt saqaf wieħed.
Dan il-proġett ambizzjuż ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Knisja f’Malta li permezz ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna offriet il-binja; il-fondi li Caritas Malta kisbet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali (ERDF.08.142) tal-Unjoni Ewropea; The National Development and Social Fund (NDSF); The Alfred Mizzi Foundation, flimkien ma’ benefatturi oħrajn li taw sapport u fondi interni li ġew investiti f’dan il-proġett.
Fil-ġimgħat li ġejjin Caritas Malta se tkun qed tinawgura l-ftuħ uffiċjali tal- Caritas Community Centre