Il-kampanja Pink-Mov '21 tal-Marigold tibda b'mixja simbolika

Tinżebagħ zebra-crossing bil-kuluri abjad u roża hekk kif tibda kampanja ta' għarfien fuq tipi differenti ta' kanċer

Mixja simbolika li timmarka l-bidu tal-kampanja Pink-Mov '21
Mixja simbolika li timmarka l-bidu tal-kampanja Pink-Mov '21

Il-Kampanja tal-Fondazzjoni Marigold għal Pink-Mov '21 bdiet dagħodu b'mixja simbolika fuq zebra crossing li ġiet miżbugħa abjad u roża miċ-Chairperson tal-istess Fondazzjoni Michelle Muscat, il-Kap Eżekuttiv ta' Tranport Malta Joe Bugeja, il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Ray Azzopardi u Vince Borg - Viċi Sindku tal-Furjana.

Fi stqarrija Muscat saħqet fuq l-importanza ta' din il-kampanja edukattiva li għandha l-għan li teduka lill-pubbliku dwar il-bżonn li jiċċekkjaw lilhom infushom u li ma jibżgħux jiffaċċjaw tali problemi ta' saħħa.

Il-kampanja mhux se tiffoka biss fuq il-kanċer tas-sider imma kanċers oħrajn komuni fost in-nisa, prinċipalment dak ovarjan u dak ċervikali. Fl-istess ħin il-kampanja se tqajjem ukoll għarfien dwar is-saħħa tal-irġiel, fosthom dwar il-kanċer tal-Prostata u dak Testikulari.

Dawk li jixtiequ jappoġġjaw din il-kampanja jistgħu jibgħatu d-donazzjonijiet tagħhom fuq dawn in-numri: 

Donazzjoni SMS             50619238 għal €11.65

Donazzjoni Telefon             51702052 €15 ​ 51802053 €25

Donazzjon Mowbajl                99912373 għal ammonti sa' €500

 

More in Socjali