Filmat | Titħabbar il-mewt ta' wieħed mill-aqwa dulċiera f'Malta: Croce Bonaci

Għal dawn l-aħħar ġimgħat, Croce Bonaci kien qiegħed jingħata l-għajnuna u l-kura bis-saħħa ta' Dar Bjorn

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Croce Bonaci, wieħed mill-aqwa dulċiera f'Malta li ismu huwa sinonimu wkoll mal-Belt Valletta.

Huwa l-fundatur tal-kumpanija Bonaci Caterers.

Għal dawn l-aħħar xhur, Croce Bonaci kien marid b'tumur li kien fi stadju avvanzat ħafna. Kien ħuh Herman Bonaci li spjega dan waqt intervista b'rabta mal-maratona li ttellgħet għat-tieni Dar Bjorn.

Fil-fatt, għal dawn l-aħħar ġimgħat, kien qed jingħata l-għajnuna u l-kura bis-saħħa ta' Dar Bjorn.

Fl-istess intervista kienet tkellmet martu li faħħret il-ġenerożità u anke l-bżulija ta' żewġha.

More in Socjali