Id-Direttorat tas-Saħħa Pubblika wissa lill-pubbliku wara informazzjoni li rċeviet mir-Rapid Alert System for Food and Feed hekk kif jidher li f'xi pajjiżi Ewropej irriżulta li fil-fliexken tal-Moët & Chandon Impérial Ice (3l) li jinbigħu online nstab li kien fihom preżenza tal-MDMA, jew traċċi ta' ecstasy- imma likwida.
L-istess Direttorat qal li sa issa f'Malta ma kienu rrappurtati ebda każi għalkemm qal ukoll li qed jagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni. Huwa mifhum li xi ħadd fetaħ dawn il-fliexken, żvojta ix-xampanja u tefa' l-MDMA likwida minflok. It-tapp tas-sufra fil-fatt ma jikkorrispondix mal-prodott partikolari.
Id-Direttorat talab lil kull min xtara dan ix-xampanja online biex ma jikkunsmahx.