Fl-ewwel reazzjoni tagħha wara s-semifinali tal-bieraħ tal-Eurovision, il-kantanta Maltija Emma Muscat qalet li hija kburija bil-prestazzjoni li tat anke jekk saħqet li r-riżultat ma kienx dak mistenni.
Ilbieraħ, Malta ma kkwalifikatx għall-finali tal-Eurovision li se jsir għada f'Turin.
Emma saħqet li tinsab tajba anke għax hija kburija bil-prestazzjoni tagħha. Insistiet li għamlet l-almu kollu tagħha biex Malta kellha prestazzjoni mill-aqwa.
Hija rringrazzjat lil dawk kollha li tawha l-appoġġ u anke lit-tim u d-delagazzjoni.
Emma, li hija kantanta ta' fama internazzjonali, b'mod partikolari fl-Italja, insistiet li t-triq għaliha mhux se tieqaf hawn u se tkompli bil-proġetti tagħha.
Illum stess, Muscat nediet l-album il-ġdid tagħha 'I am Emma.'
'Se tisimgħu mingħandi dalwaqt," temmet tgħid Emma.