It-tfajla li kienet irrapportata nieqsa l-ġimgħa li għaddiet kitbet fuq Facebook biex tinforma lil kulħadd li tinsab ħajja u li ħajja se tibqa’.
Shakira Degabriele kitbet fuq Facebook wara li l-Pulizija talbu l-għajnuan tal-pubbliku biex tinstab.
Fuq Facebook, hija waqqgħet għaż-żufjett lil dawk li qed ixerrdu l-aħbar dwar l-għajbien tagħha biex eventwalment tinstab.
“Kulħadd irid jindaħal. Ikun aħjar kieku kulħadd jerfa’ salibu,” kitbet it-tfajla. “Se nsolvi l-problemi tiegħi. Ma għandi bżonn lil ħadd. Jekk mitlufa, dak narah jien. Issa ieqfu ibgħatu l-messaġġi.”
Minkejja li kitbet fuq Facebook, għall-Pulizija tibqa’ meqjusa mitlufa sakemm tinstab fiżikament.