L-industrija tal-films għandha bżonnok... sejħa għal dawk li jixtiequ jaħdmu fiha

Jekk inti mastrudaxxi, graphic designer, draughtsmen, perit, interior designer, electrician, welder, skultur, bajjad jew plasterer tista' tapplika fuq l-email li hemm fl-artiklu 

L-industrija tal-films qed tfittex lin-nies
L-industrija tal-films qed tfittex lin-nies

L-industrija tal-films f’pajjiżna qed toħloq aktar opportunitajiet ta’ xoghol hekk kif ma għadhiex waħda staġjonali u n-nies fl-industrija qed jaħdmu minn produzzjoni għall-oħra. Fid-dawl ta' dan hemm bżonn aktar nies jagħżlu din l-industrija bħala xogħol tagħhom, biex pajjiżna jirnexxilu ilaħħaq mad-domanda ta’ produzzjonjiet li huma interessati jinħadmu f’Malta.

Għalhekk il-Kummissjoni Maltija tal-films qed toffri programm ta’ taħrig biex dawk li diġà qed jaħdmu f’industriji oħra, jiġu ippreparati biex jaħdmu fl-industrija tal-films.

F’messaġġ fuq il-media socjali, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal li l-Kummissjoni trid li aktar nies jingħaqdu magħha. "Għandna bżonnkom,” qal Grech. 

Il-Kummissjoni tal-Films qed taghmel sejħa għall-artisti, nies kreattivi u tekniċi biex ikunu parti minn l-industrija tal-films.  Fil-fatt fil-kampanja tagħha, il-Kummissjoni qed tagħmel appell lil – mastrudaxxi, graphic designers, draughtsmen, Periti, interior designers, electricians, welders, skulturi, bajada, u plasterers – biex japplikaw mal-Kummissjoni tal-Films sabiex jipparteċipaw f’programm qasir ta’ taħriġ u jibdew jaħdmu fil-films.

Grech sostna hekk: “Irridu nippreprawkom.  Se ninvestu biex inħarġukom.  Għax irridu li l-opportunitajiet jkunu hemm għal kullħadd. Issa huwa ż-żmien li tingħaqdu magħna għax din l-industrija tal-films se tkompli tikber.”

Dawk li huma interessati ghandhom jaghmlu kuntatt mal-Kumissjoni Maltija tal-Films billi icemplu fuq 2180 9135 jew jibgahtu email [email protected] jew s-Sibt 5 ta’ Novembru jmorru japplikaw il-Malta Film Studios fil-Kalkara bejn id-9am u s-1pm.

More in Socjali