Mhux ta b'xejn il-kowt baqa' fil-gwardarobba! L-aktar Diċembru sħun f'100 sena
L-aktar Diċembru sħun mill-1922...
More in Socjali
L-aktar Diċembru sħun mill-1922...
It-temperaturi għal Diċembru li għadda kienu l-ogħla f'100 sena, hekk kif din ix-Xitwa hija waħda mill-aktar sħan u li matulha l-inqas illi qed tagħmel xita, realtà li fil-fatt qed jiffaċċjawha ħafna pajjiżi madwar l-Ewropa bl-Alpi jew parti minnhom saħansitra jibqgħu ħodor, minflok bojod, miksijin mill-borra.
It-temperatura medja f'Malta matul ix-xahar kienet ta' 19.5 grad celsius, l-ogħla mill-1922 u żewġ gradi aktar minn norma fix-xahar tal-Milied.
Fl-aħħar jiem pajjiżi bħall-Polonja, raw it-temperatura titla' għal 19-il grad celsius u allura daqs Malta, b'żoni fi Spanja saħansitra jlaħħqu l-25 grad celsius.
Il-bidu tas-sena wkoll kienet mmarkata minn temp sabiħ u temperaturi pjuttost għoljin, anke jekk għal tmiem il-ġimgħa msemmija xi ftit xita.
Mas-sit timesofmalta.com l-espert fil-qasam tat-temp u Professur fl-Università Charles Galdies qal li ż-żieda fit-temperaturi hija skont dak mistenni bil-bidla fil-klima fil-Mediterran.