Eurovision Song Malta mingħajr Reġina... Aidan skwalifikat

Diversi segwaċi kienu ħerqana li jaraw lil Aidan possibilment jirbaħ wara snin ta' suċċessi fix-xena mużikali

Il-kommunità tal-Eurovision Song f'Malta inħasdet bl-aħbar li l-kantant Aidan Cassar ġie skwalifikat. Rapporti qed jgħidu li ġie skwalifikat talli kiser xi regolamenti. Rapporti fuq il-midja qed jgħidu li ġie skwalifikat minħabba xi kontenut fuq il-midja soċjali tiegħu li jmorru kontra r-regolamenti. 

Din l-aħbar ħasdet lil bosta sewgaċi li kienu ħerqana li jaraw lil Aidan possibilment jirbaħ wara snin ta' suċċessi fix-xena mużikali, inkluż is-sena l-oħra meta ġie fit-tieni post fl-istess kompetizzjoni mużikali.  

Għal din is-sena Aidan daħal għall-Eurovision bil-kanzunetta Reġina u kanta fl-ewwel kwartifinal. 

More in Socjali